Orakli tat-Tazza tad-Dinja

Translated into Maltese (Original version)


Tiftakar lil Pawlu, il-Qarnita? Hu kien l-istilla tal-Tazza tad-Dinja 2010, kien kapaċi jbassar ir-rebbieħ tal-partiti tal-Ġermanja. Huwa bassar ukoll ir-rebbieħ tal-finali. Il-karriera tiegħu bdiet bl-Euro 2008, u qata' eżatt 11 minn 13-il partita. Huwa kien imdorri jagħżel bejn żewġ kaxxi li fihom kien ikun hemm ikel bil-bnadar nazzjonali ta' kull tim involut f'kull logħba. Sfortunatament, miet fl-aħħar tal-2010.

Paul ma kienx waħdu. Anki Harry il-Kukkudrill bassar ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2010. Barra minn hekk, huwa kien kapaċi jbassar ir-riżultati ta' żewġ Elezzjonijiet Federali Awstraljani konsekuttivi. Madankollu, hu qatt ma kellu l-ġibda tal-qarnita Ġermaniża. Lanqas Mani ma rnexxielu jagħmel aħjar, pappagall minn Singapur, li bassar il-kwarti u s-sem-finali tat-Tazza tad-Dinja 2010, minħabba li ma rnexxielux jbassar min kien ser jirbaħ bejn Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi f'din il-finali.

Minħabba l-mewt kmieni ta' Pawlu, kien hemm kompetizzjoni kbira dwar min kien se jeħodlu postu. Matul l-Euro 2012, kien hemm tliet annimali jilagħbu din il-logħba: Citta, iljunfant Indjan f'zoo fi Krakovja, il-Polonja. Fred, in-nemes Ukrejn li jista' jiġi segwit fuq Twitter. U Funtik, l-ħanżir bassar Ukrejn kapaċi jbassar 2 minn 3 logħbiet.

Min se jieħu post Pawlu l-Qarnita matul il-Tazza tad-Dinja li jmiss? Se jkun il-Pappagall mbierek mill-Papa Franġisku fi Pjazza San Pietru, li issa sar l-istilla tax-xandir pubbliku nazzjonali Taljan? Jew ser ikun Nelly, l-iljunfant Ġermaniż li ġustament bassar 30 minn 33 riżultat sal-lum? U ovvjament, tissottovalutax il-poteri psikiki tal-ferħ tal-panda appoġġjat mill-midja statali Ċiniżi.

Il-Pappagall Taljan jismu Amore (bit-Taljan għall-imħabba) se jagħti l-previżjoni tiegħu billi jagħżel l-bandiera tal-tim rebbieħ fuq minjatur ta' piċċ tal-futbol . Nelly jippreferi  jbassar ir-rebbieħa billi jitfa' l-ballun f'xi waħda mil-lasti bil-bnadar tatl-pajjiżi kompetituri quddiemhom. Minflok, il-ferħ tal-Panda se jbassar ir-riżultat tal-logħbiet billi jtella ikel minn kaxxi mmarkati bil-bnadar matul il-logħbiet tal-gruppi u billi jitla'  ma' siġra li jkollha bandiera matul ir-rawnds tan-knock-out.

Għandek xi animal domestiku?
Kieku hu jew hi tkun tista' tagħmel aħjar? Kif?
Ħallihom jippruvaw!

by Antonella Debono

1 Votes
#738 of #1440 in the World
#3 of #3 for Maltese



Go to the ranking page for Maltese

Can you translate better?

Join the challenge